Intervista ma’ Ġorġ Pisani | Prof. Ġużè Aquilina by malti.mt published on 2021-02-22T21:32:17Z Mistieden: Ġorġ Pisani Data: 9 ta’ Mejju 1974 Il-Professur Ġużè Aquilina jintervista lill-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani, li Aquilina jippreżenta bħala ħabib antik minn żmien meta l-Malti kien ibbumbardjat minn għedewwa b’ideat żbaljati fuq il-Malti. Pisani jitkellem fuq kif beda jikteb bil-Malti minkejja li kien jikteb bit-Taljan, l-ewwel influwenzi letterarji Maltin fuqu u r-relazzjoni tiegħu ma’ Dun Karm. Huwa jitkellem fuq il-ġlieda għall-ilsien Malti, l-irwol tiegħu fil-fondazzjoni tax-Xirka tat-Tixrid tal-Malti, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Ġużè Bonnici bħala propagandist tal-Malti, u dik ma’ Nerik Mizzi li ħafna kienu jqisu bħala antagonista għall-istess ilsien. Huwa jitkellem fuq xogħlu, l-istat tal-Malti fl-ewwel snin ta’ Malta indipendenti, u jagħlaq b’qari ta’ wħud mill-poeżiji tiegħu. Poeżiji li qara: “Il-Barri” “Triqat Mitlufa” “Għanja” “Lil Mikiel Anton Vassalli” “Lill-Ilsien Malti”