Intervista ma’ Anton Buttigieg | Prof. Ġużè Aquilina by malti.mt published on 2021-02-01T21:52:42Z Mistieden: Anton Buttigieg Data: 03 ta’ Marzu 1961 Il-Professur Ġużè Aquilina jintervista lill-poeta tan-natura Anton Buttigieg. Huwa jibda l-programm billi jagħti ftit tagħrif mill-bijografija tiegħu u wara jiddiskutu l-ispirazzjoni wara poeżiji bħal ‘Il-Budebbus’, ‘Il-Għanja lill-Bufula’ u ‘Żmien ir-Rebbiegħa’. Buttigieg ukoll jaqra u jiddiskuti ż-żewġ poeżiji l-aktar magħrufa tiegħu ‘Il-Kebbies tal-Fanali’ u ‘Niftakar’. Fit-tieni parti tal-programm Buttigieg jaqra poeżiji li sa dak iż-żmien kienu għadhom ma ġewx ippubblikati bħal ‘It-Tieqa’, ‘Ir-Razzett ta’ Katarin’ u ‘Inħobb il-Qronfol’ flimkien ma’ xi epigrammi. Il-programm jingħalaq fuq l-effett tal-ħajja pubblika ta’ Anton Buttigieg fuq il-poeżija tiegħu.